il-Mottu tal-Fontana, hu wkoll ispirat mill-Ghajn u donnu jrid jispjega l-ghaliex dar-Rahal hu mdawwar b'daqstant hdura.
Interests
Favorite Music
INNU POPOLARI LILL-QALB TA’ GESU FONTANA.
Versi : Patri Akkursju Muzika ; Mro. Sunny Galea
Ejjew, innu lill-Imhabba Inkantaw ilkoll flimkien Lil min tana Qalbu kollha Gieh jinghata kullimkiem.
Rit. Ejjew mela nerfghu qalbna Lejn il-Ghajn ta’ kull virtu l-eqdes innu t’ imhabbitna lill-Qalb ninsgu ta’ Gesu.
Il-Qalb t’Alla sa minn dejjem Wara l-bniedem b’herqa griet Sakemm tieghu sura hadet U bl-imhabba dlonk infniet
Rit .
Sa min-nieqa Gesu kristu It-triq qabad tat-tbatija, Fuq Salib ried item hajtu Biex jifdina minn kull htija.
Rit .
Fl-ahhar b’lanza Qalbu nifdu Id-demm hareg bhal nixxiegha Taghha l-gerha saret nieqa B’risq il-Knisja Nisranija
Rit .
Biex il-Qalb tal-Bniedem Alla Ukoll f’Ghawdex tron ikollha Triq il-Ghajn Parrocca Gdida F;gieh dil-Qalb rajn titgholla
Rit .
Minn hemm Kristu beda jsaltan Fuq il-gmiel tal-Gzira Ghawdxija Hekk inbidlet l-Ghajn il-Kbira F’ghajn ta’ gid u ta’ qdusija.
Rit .
Dan l-Innu Marcia li nkiteb mill qatt minsi Patri Akkursju Xerri f’Novembru 1968, waqt li l-Muzika tieghu hija ta’ Mro. Sunny Galea A.L.C.M. Dan l-innu tant armonjuz u li certament tieghu gost tkanta, indaqq ghall-ewwel darba ,fil-festa tal Qalb ta’ Gesu tas-Sena 1969.
Favorite Books
Din il-Poezija dehret fil-gazetta GHAWDEX li harget fis-sena 15 ta; Gunju 1964 miktuba minn RITA BORG mill-FONTANA.
il-parrocca tal-Fontana hija l-iktar ixxurtjata patrun hu l-Qalb ta'gesu li ghajnuna dejjem tghatna.
il-parrocca tal-Fontana ghad li ahna wisq ckejknin ghandna tempju mghammar b'kollox li jgib ghira l-barranin.
hemm trid tmur daqsxejn fil-festa sabiex dan tara b'ghajnejk dik l-Istatwa tant sabieha li d-dmugh tislet mill-ghajnejn.
ghall-pozizzjoni helwa taghha b'dawk idejh miftuhin zewg angli wiehed kull nahha bil-klaci u bis-salib.
nies matul is-sena kollha gharkubtejhom mixhutin hemm quddiemha jitolbuha jirringrazzjawha fl-istess hin.
fiz-zmien kollu li ilha wieqfa il-Parrocca tal-Fontana qatt ma rat l-icken disgrazzja dan hu car li Gesu maghna.
darba xi sajjieda taghna li f'tempesta sabu ruhhom Gesu lilhom deher isabbar u l-biza dlonk tar minn fuqhom.
kemm fl-art kemm fuq il-bahar kemm fil-gwerra kemm fil-paci il-Qalb ta' Gesu dejjem harsitna lilu kulhadd tifhir jaghti.
o Gesu kemm inhobbuk u kemm ahna imkabbrin li ahna 'il maghzulin tieghek fost il-Maltin u l-Ghawdxin.
gesu Bierek lir-raghaj taghna lis-ssacerdoti, u n-nies twajbin sabiex wara din il-hajja fil-genn nigu ikoll henjin.
viva l-parrocca taghna viva l-qalb ta' gesu il-patrun specjali taghna lilu kull tifhir unur.
seba' xhur baqalna ghall aqwa festa ta' malta u ghawdex. festa tal-qalb imqaddsa ta gesu! kburija li twelidt fdan ir rahal zghir tal fontana u iktar wiktar kburija bil festa kbira li ghandna.